Il-lejl li ghadda l-Forzi Armati ta’ Malta kienu msejħa biex jassistu 83 immigrant li kienu f’diffikultà.
Ħames immigranti kienu trasferiti fuq il-patrol boat Maltija u tniżżlu f’Hay Wharf għall-ħabta tas-6.30 ta’ dalgħodu. It-78 immigrant ieħor qed jirrifjutaw li jinżlu Malta u qed jinsistu li jintbagħtu l-Italja. L-immigranti kollha huma f’saħħithom u jinsabu abbord il-bastiment tal-merkanzija.
//= $special ?>