Qorti

Kaċċatur illiberat minn akkużi li spara fuq barrani u aggredieh

Kaċċatur ta’ 33 sena mill-Gżira, David Galea, instab mhux ħati li b’ċomb minn tir ta’ senter laqat liż-żagħżugħ Olandiż ta’ 16-il sena Mark Van Leeuwen f’siequ.

Galea ma nstabx ħati lanqas li fl-istess episodju, li seħħ fil-25 t’April li għadda f’Pembroke, aggredixxa lill-istess żagħżugħ, tah daqqa ta’ ħarta u heddu wara li dan kien qed jieħu xi ritratti tal-istess kaċċatur.

Filfatt l-arrest ta’ Galea kien sar wara li l-Pulizija ġew infurmati li ż-żagħżugħ daħal l-isptar għall-kura minn ġrieħi ħfief li sofra u wera ritratt tal-kaċċatur lill-investigaturi.

Sa mill-bidu tal-każ, li nstema quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella, Galea dejjem ċaħad l-akkużi kollha miġjuba kontrih u kien inħeles fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €2,000.

Ritratt: David Galea f’Awwissu ttella’ l-Qorti b’numru ta’ akkużi li dejjem ċaħad