Internazzjonali

L-Iżvizzera twaqqaf il-bejgħ ta’ karozzi Volkswagen

L-Iżvizzera qed tipprojbixxi l-bejgħ ta’ karozzi Volkswagen li jaħdmu bid-diesel u li jistgħu fihom tagħmir li jqarraq bil-provi għall-emissjonijiet.

Il-projbizzjoni ttieħdet bħala miżura temporanja u tista’ taffettwa mal-180,000 karozza li għadhom ma nbiegħux jew ġew rreġistrati u li jinkwadraw fil-kategorija ‘Euro5’ tal-emissjonijiet.

Mistennija aktar konsegwenzi ladarba kelliema għall-Volkswagen, li hu l-akbar produttur ta’ karozzi fid-dinja, ammettew li l-kumpannija kellha sehem f’ingann rigward il-provi għall-emissjonijiet tal-vetturi tagħha fl-Istati Uniti.

Sadanittant, Matthias Mueller inħatar Kap Eżekuttiv tal-Volkswagen b’riżultat tal-iskandlu u fejn qed jieħu post Martin Winterkorn, li rriżenja ftit tal-jiem ilu.