It-tim nazzjonali Malti kiseb kwalifikazzjoni storika għall-finali tal-Kampjonat Ewropej meta għelbu lit-tim Pollakk 13-8 fil-Pixxina Nazzjonali.
Il-Maltin kienu superjuri imma ħadu daqqa ta’ ħarta mat-tkeċċija kmieni ta’ Matthew Zammit. Madankollu baqgħu fuq il-Pollakki u matul il-logħba kollha dejjem kienu b’vantaġġ komdu.
Il-gowls tal-Maltin waslu minn Stevie Camilleri (4), Jerome Gabaretta (3), Michele Stellini (2), Matthew Zammit (1) , Niki Lanzon (1), Dino Zammit (1) u Clint Mercieca (1).
//= $special ?>

