Sport Waterpolo

Malta tegħleb lill-Polonja 13-8 – Passaġġ storiku għall-fażi finali fis-Serbja

It-tim nazzjonali Malti kiseb kwalifikazzjoni storika għall-finali tal-Kampjonat Ewropej meta għelbu lit-tim Pollakk 13-8 fil-Pixxina Nazzjonali.

Il-Maltin kienu superjuri imma ħadu daqqa ta’ ħarta mat-tkeċċija kmieni ta’ Matthew Zammit. Madankollu baqgħu fuq il-Pollakki u matul il-logħba kollha dejjem kienu b’vantaġġ komdu.

Il-gowls tal-Maltin waslu minn Stevie Camilleri (4), Jerome Gabaretta (3), Michele Stellini (2), Matthew Zammit (1) , Niki Lanzon (1), Dino Zammit (1) u Clint Mercieca (1).