Il-Pulizija fit-Tajlandja qalet li raġel li spiċċa arrestat b’konnessjoni mal-isplużjoni qattiela tax-xahar li għadda f’santwarju ewlieni ta’ Bangkok huwa tassew l-aggressur responsabbli mill-attakk.
L-istqarrija tikkontradixxi stqarrijiet oħra preċedenti u l-arrestat, li issemma bħala Adem Karadag, mifhum li hu l-istess raġel li kien inqabad fuq il-kameras tas-sigurtà waqt li kien qed iħalli basket misterjuż fis-santwarju ta’ Erawan fl-istess ġurnata tal-isplużjoni.
Madwar 20 persuna – fosthom 14 il-barranin — kienu mietu fl-isplużjoni tas-17 ta’ Awwissu, li l-iskop warajha għadu mhux magħruf.
//= $special ?>