Raġel ta’ 32 sena mill-Qrendi jinsab f’qagħda kritika wara li kmieni dalgħodu ntlaqat minn parti minn struttura li kien qed iżarma fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart tas-Sibt filgħodu meta numru ta’ ħaddiema kienu qed iżarmaw struttura fil-Kumpless Sportiv.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn qed jingħata l-kura meħtieġa.
//= $special ?>