Il-Pulizija f’Malta qed tinvestiga numru ta’ persuni Maltin li allegatament iffurmaw parti minn ċirku ta’ frodisti internazzjonali li fl-2011 ittraffikaw lejn Malta numru ta’ plejers tal-futbol, fil-maġġoranza tagħhom Brażiljani, imma li kif waslu Malta tħallew bla klabb fejn jilgħabu, u allura bla xogħol u flus.
L-investigazzjoni ta’ dan is-sit sabet li l-plejers spiċċaw ukoll bla post fejn joqgħodu, wara li min wassalhom f’Malta lanqas baqa’ jħallsilhom il-kera u l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Barra minn hekk, min wassal lil dawn il-plejers lanqas biss applikalhom għal permess ta’ residenza, minkejja li hekk kienu mwiegħda, bil-konsegwenza li l-uffiċjali tal-immigrazzjoni infurmawhom li huma llegali, tpoġġew fuq il-lista s-sewda u miżmuma milli jidħlu fi kwalunkwe pajjiż fiż-żona Schengen sal-2017.
Madankollu riċentament il-Pulizija f’Malta bdew jinvestigaw dawn il-każi, infetħet inkjesta maġisterjali u saħansitra saru numru ta’ tfittxijiet f’uffiċċji marbuta mal-futbol lokali.
Fl-aħħar xhur il-Pulizija bdew isejħu xi persuni Maltin għall-interrogazzjoni u saru anke arresti. Ġurnalisti ta’ dan is-sit kienu għaddew id-dettalji kollha lill-Pulizija, inkluż in-numru tat-telefon tal-plejers Brażiljani, u numru ta’ dokumenti oriġinali oħra.
Dan is-sit hu nfurmat b’ċertezza li l-frodisti barranin involuti f’dan il-każ qed jaħdmu mill-ġdid fil-futbol, kemm lokali u internazzjonali, u li numru ta’ plejers sa ftit ġimgħat ilu għaddew mill-istess esperjenza, anke’ f’Malta.
Imma minkejja li l-investigazzjoni ta’ dan is-sit wasslet biex intefa’ dawl dwar dan il-każ, il-Pulizija għadom sa llum jinjoraw talbiet ta’ dan l-istazzjon b’mistoqsijiet dwar dan il-każ għar-raġuni li l-investigazzjoni għadha għaddejja. Ninsabu nfurmati madankollu li wħud minn dawk li ġew implikati f’dan il-każ inħelsu u nstabu li huma vittmi u mhux kompliċi f’din ix-xibka ta’ illegalitajiet.
Sadattant fl-aħħar żvilupp minn din l-istorja, il-plejers Brażiljani ġew infurmati li m’għadomx miżmuma milli jidħlu f’pajjiżi taż-żona Schengen, u allura jistgħu jilgħabu mill-ġdid, inkluż f’Malta. Dan hu l-aħħar sinjal tal-innoċenza ta’ dawn il-plejers, li spiċċaw vittmi.
Ritratt: L-ikla tal-Milied ta’ grupp ta’ plejers Brażiljani li ġew traffikati lejn Malta. Illum l-istess plejers m
//= $special ?>