Lokali

Xogħlijiet fi Vjal Sir Paul Boffa

Fi stqarrija Transport Malta qalet li qed tagħmel xogħlijiet fi Vjal Sir Paul Boffa f’Raħal Ġdid.  Ix-xogħol huwa mmirat biex it-triq tiflaħ għal iżjed karozzi fid-direzzjoni tal-Belt Valletta biex tilħaq aħjar id-domanda fil-ħinijiet li t-traffiku jkun fl-aqwa tiegħu.

Lejn waħda mir-roundabout fi Triq Valletta kantuniera ma Vjal Sir Paul Boffa lejn it-traffic lights tal-Addolorata se tkun magħluqa għada bejn is-07:00 u l-16:00.  Għaldaqstant il-vetturi se jgħaddu minn lejn waħda lejn Triq Valletta u minn żewġ lejns fid-direzzjoni tal-Marsa.

Ix-xufiera huma mħeġġa jgħaddu mit-triq ta’ Dock numru 7 li se tkun miftuħa bejn is-06:00 u s-18:00.