Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li tliet ġimgħat wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil sejjaħ biex issir inkjesta indipendenti dwar l-iskandlu tal-visas u l-permessi ta’ residenza, Joseph Muscat għadu qed jibqa’ jwebbes rasu u jgħid li ma jridx jagħmel inkjesta indipendenti għalissa.
Il-Partit Nazzjonalista fl-istqarrija staqsa għalfejn Muscat qed jibqa’ jwebbes rasu u ma jagħmilx inkjesta indipendenti? X’qed jaħbi Joseph Muscat? Lil min qiegħed jiddefendi?
Jaħbi min għandu x’jaħbi temm jgħid l-Partit Nazzjonalista fl-istqarrija.
//= $special ?>