IL-ĠURNALI LLUM IL-ĦADD 27 TA’ SETTEMBRU 2015
IL-MUMENT fil-faċċata illum tiżvela negozju fin tad-drogs f’ħabs mimli telqa. Storja esklussiva tal-ġurnalist Joe Mikallef li titkellem ukoll dwar problemi oħra fil-ħabs. Fi storja oħra il-Mument tiżvela kif il-pulizija għandha direzzjoni minn Kastilja biex il-lenti fl-istħarriġ f’Identity Malta ma tkunx iffukata fuq l-abbużi li saru fix-xhur tal-Gvern Laburista.
U fuq l-istess IT-TORĊA propju fil-faċċata titkellem l-investigazzjonijiet tal-pulizija bit-titlu ‘Nazzjonalisti tal-Bandiera taħt inkjesta’. Fi storja oħra It-Torċa titkellem dwar l-istrajk tat-trasport pubbliku li seħħ din il-ġimgħa.
MALTATODAY fil-faċċata tiżvela kif bar mgħaluq fil-Marsa huwa rreġistrat bħala residenza għall-26 barrani f’Malta.
IL-KULLĦADD fil-faċċata titkellem dwar art tal-gvern li skond il-gazzetta tal-Partit Laburista hija misruqa. Art li l-gazzetta tal-Partit Laburista tgħid li għandha rabta ma’ Daphne Caruana Galizia.
ILLUM fil-faċċata titkellem dwar kif f’10 xhur 120 pulizija telqu. Tiżvela ukoll kif il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Presidenti tal-POU qegħdin jikkontradixxu lil xulxin dwar eżodu mill-korp.
THE MALTA INDEPENDENT fil-faċċata ġġib kwotazzjoni tal-Professur Albert Fenech li qal li ssir ħsara kbira meta tidħol il-politika fis-servizz tas-saħħa. L-istess gazzetta titkellem ukoll dwar it-tmiem ta’ karriera twila 46 sena fil-General Workers Union minn Tony Zarb.
THE SUNDAY TIMES OF MALTA fil-faċċata tirraporta l-intervista li dan il-ġurnal llum għandu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u dan taħt it-titlu “I cannot be bought”. Fi storja oħra nsibu kif persuna li ħmistax ilu ġiet attakata b’sikkina f’Paceville qegħda tisħaq li dan seħħ minħabba rabtit ma’ Gaddafi.
//= $special ?>