Mijiet ta’ atleti u persuni pparteċipaw f’attivita sportiva b’risq id-Dar tal-Providenza, attivita li saret propju fl-okkazjoni tal-50 anniversajru mit-twaqqif ta’ din id-dar.
F’din l-attivita sportiva imsejħa ‘Walk, Cycle Run’ orgnaizzata mill-Grupp Żgħażagħ Gudja ħadu sehem l-Arċisqof Charles Scicluna u l-Isqof Emeritus Pawl Cremona, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, il-Ministru Michael Farrugia u diversi deputati.
Dan flimkien ma’ personalitajiet minn diversi setturi oħra li lkoll ingħaqdu flimkien f’din l-attivita b’risq Dar li tant tagħmel ġid fl-komunità Maltija.
Dawk li mxew lejn id-Dar tal-Providenza nġabru mill-Pjazza tas-Siġġiewi waqt li dawk li għażlu li jsuqu r-rota telqu mill-Imdina. L-atleti li għażlu l-ġirja telqu mill-Pjazza ta’ Ħaż-Żebbuġ lejn id-Dar tal-Providenza.
Flimkien ma’ dawn ħadu sehem numru ta’ persuni li nġabru Sant’Andrew u minn hemm telqu lejn id-Dar tal-Provdidenza fuq il-muturi. Kienet l-ewwel darba li f’din l-attivita qed jipparteċipaw il-muturi.
//= $special ?>