Fi stqarrija l-Alternattiva Demokratika saħqet li Malta għandha tagħmel użu mill-miżura tal-‘opt-out’ li toffri l-UE u tingħaqad mal-Awsrtrija u l-Italja billi tiddikjara lil Malta bħala żona ħielsa mill-prodotti ġenetikament modifikati. Dan qalu Simon Galea, Kelliem ta’ AD għall-Ħarsien tal-annimali u l-Agrikoltura.
Alternattiva Demokratika saħqet il-pożizzjoni tagħha kontra t-tkabbir ta’ uċuħ tar-raba GMO u ħeġġet lill-Gvern Malti biex isegwi l-passi ta’ pajjiżi oħra fl-UE bħall-Awstrija u l-Italja li qed jitolbu l-applikazzjoni tal-klawsola tal-‘opt-out’ biex ikunu jistgħu jagħżlu li ma jkabbrux uċuħ tar-raba GMO li jkunu permessi fl-UE.
‘Alternattiva Demokratika qed tħeġġeġ lis-Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Roderick Galdes biex jitlob uffiċjalment għal ‘opt-out’mit-tkabbir ta’ xi wieħed minn tmien varjetajiet ta’ qamħirrum li huma permessi jew li x’aktarx se jsiru permessi taħt il-liġi tal-UE’ ikkonkluda l-Professur Arnold Cassola, iċ-Chairperson ta’ AD.
//= $special ?>

