Internazzjonali

Votazzjoni taħraq fir-reġjun ta’ Katalunja fi Spanja

Fir-reġjun ta’ Katalunja fi Spanja l-elezzjonijiet reġjonali li qegħdin isiru llum jinstabu dominati mill-kwistjoni dwar jekk ir-reġjun għandux jikseb l-indipendenza minn Spanja. Dan hekk kif żewġ partiti, nkluż il-partit li kellu t-tmexxija f’idejh fl-aħħar parlament, ingħaqdu bħala partit wieħed bil-mira li jiksbu maġġoranza fil-parlament.

L-għan ewlieni tal-kisba ta’ maġġoranza jkun li fi żmien 18 il-xhar tiġi ddikjarata l-indipendenza tar-reġjun. Mossa li l-gvern f’Madrid għamilha ċara huwa kien ser jopponi b’kull mezz legali disponibbli.

Stħarriġ ta’ l-opinjoni pubblika fir-reġjun jindika li filwaqt li maġġoranza ċara huma favur referendum dwar l-indipendenza l-opinjoni pubblika hija ferm aktar maqsuma dwar jekk ir-reġjun għandux jimxi lejn l-indipendenza.