Internazzjonali

L-Audi wkoll ingannaw

L-Audi ħabbret li 2.1 miljun karozza minn tagħha madwar id-dinja kellhom l-istess software li ntuża fil-karrozzi Volkswagen u li nstab li kien qed jinganna fil-qari li jagħti dwar it-tniġġis tal-arja.
L-Audi hi proprjetà tal-Volkswagen u l-karozzi effettwati huma dawk bil-magni EU5 u xi wħud minnhom inbiegħu fl-Ewropa, b’madwar 577,000 fil-Ġermanja u madwar 13,000 fl-Istati Uniti. Il-mudelli effettwati huma A1, A3, A4, A5, A6, TT, Q3 u Q5
Il-ġimgħa li għaddiet il-Volkswagen ħabbret li 11-il miljun karozza fi ħdan il-kumpanija jistgħu jkunu effettwati minn dan is-software. L-iskandlu nkixef mill-awtoritajiet Amerikani li sabu li fil-karozzi kien hemm software li kien jinduna li kien se jsir test għat-tniġġis u għalhekk il-karozza tbiddel il-mod kif taħdem biex tidher aktar effiċjenti.