Skeda ġdida għal Net Media

Bidu ġdid għal Net Television hekk kif mal-introduzzjoni tal-iskeda tal-Ħarifa, Net Television beda jxandar ukoll bi kwalita’ superjuri, HD – High Definition.

Takkumpanja l-kwalita’ mill-aqwa tal-istampa fuq Net Television, Net Media u d-diriġenti tagħha ħasbu wkoll għal skeda mimlija b’diversi programmi ġodda għall-interess ta’ kulħadd.

B’din il-bidla meħtieġa, NET Television qed joffri stampa aktar ċara lit-telespettaturi, filwaqt li joffri l-aqwa servizz. Dan l-investiment se jiftaħ ukoll orizzonti ġodda f’aspetti kruċjali għal NET Television.

Mil-lum, NET Television beda joffri għażla aktar varjata ta’ programme. Filgħodu l-programm ġdid TEN 01, preżentant minn Indri u Christine Delicata, kompla jissaħħaħ il-programm ta’ wara nofsinhar, Xift, il-programm Sagħtejn Flimkien, u l-programm popolari, Malta Llejla.

Għal sena oħra rritorna l-programm Newsfeed b’diskussjonijiet mill-istudio dwar suġġetti ta’ ġrajjiet kurrenti. Din is-sena, Newsfeed qed juża’ studio ġdid u akbar minn tas-sena li għaddiet, li se jagħti spazju għal aktar diskussjoni mal-mistiedna preżenti.

Wara Newsfeed, l-iskeda se tkompli bid-Drama Grammi u wara Wheelspin u l-programm Distinti.

Skeda ġdida anke għal Radio 101, li għalaq 24 sena.