Il-Ministru tal-Intern Carmelo Abela jibqa’ jiddefendi liċ-Chairman ta’ Identity Malta Joe Vella Bonnici u mistoqsi minn MaltaRightNow.com, jgħid biss li se jħalli f’idejn il-Pulizija.
Dan wara li l-ġurnal The Times irrapporta li ċ-Chairman ta’ Identity Malta Joe Vella Bonnici mhux se jkun investigat dwar il-każ tal-ħruġ tal-Visas u Permessi ta’ Residenza f’Malta għall-barranin.
L-iskandlu f’Identity Malta feġġ fl-aħħar xhur wara li l-eks Teżorier tal-Partit Laburista Joe Sammut tressaq il-Qorti akkużat bi frodi fil-ħruġ ta’ Permessi ta’ Residenza f’Malta għal barranin. B’rabta ma’ dan l-iskandlu, jidher li s’issa ġew interrogati tliet ħaddiema ta’ Identity Malta.
Madankollu, il-Gvern Laburista qed jibqa’ jiddefendi lill-Kandidat Laburista Joe Vella Bonnici u qed jinsisti li mhemm l-ebda raġuni għaliex dan għandu jiġi investigat.
Il-kummenti ta’ Carmelo Abela dwar dan fil-filmat.
//= $special ?>