L-istorja ta’ Jacob Cachia kienet fiċ-ċentru waqt il-programm ‘Newsfeed’ fuq Net Television, fejn matulha Jacob irrakkonta l-istorja straordinarja tiegħu.
Jacob irnexxielu jaħrab il-mewt wara li salva minn infezzjoni qawwija li kkawżat kumplikazzjonijiet kbar fil-moħħ. L-infezzjoni rari fil-moħħ ikkaġunat diżabilita’ fiżika.
Madanakollu, bi tbissima fuq wiċċu, Jacob irrakkonta l-istorja tiegħu u kif irnexxielu jaħrab il-mewt. Waqt l-intervista tkellmu wkoll omm u oħt Jacob.
Ara l-filmat b’feature li xxandar waqt Newsfeed.
Dwar l-istorja ta’ Jacob, inkiteb il-ktieb “Jacob: The Titanium Man” mill-ġurnalista Kristina Chetcuti.
//= $special ?>