Il-preżentatur televiżiv Taljan, Paolo Bonolis, deher imbellaħ bid-daħqa, kull tant twerżiqa, ta’ parteċipant fuq il-programm tiegħu ‘Avanti Un Altro’.
Malli ra lil Olimpia Madonia, ta’ 39 sena, ħa qatgħa għax ftakarha … u żgur li anke l-pubbliku u dawk li sewgwew ix-xandira mhux lakemm jinsewha minħabba d-daħqa partikolari tagħha. Bonolis ried jiċċara li dak li kien għaddej fuq it-televiżjoni ma kienx xi film tal-adulti imma li l-mara tidħaq b’dan il-mod.
Bejn daħqa u oħra, Olimpia spjegat li hi miżżewġa, li hi omm ta’ żewġ subien u li minkejja d-daħqa tagħha taħdem f’call centre. Ara l-filmat biex tara r-reazzjoni ta’ Bonolis u biex tisma’ kemm hi partikolari d-daħqa tagħha.
//= $special ?>