Futbol Sport

Jack Warner sospiż għal għomru

L-eks Viċi-President tal-FIFA Jack Warner ġie sospiż għall-għomru minn kull attività relatata mal-futbol. Warner, li għandu 72 sena kien il-Kap tal-CONCACAF u fl-2011 kien allegatament aċċetta s-somma ta’ madwar 10 miljun dollaru biex ivvota lill-Afrika t’Isfel fl-għażla tal-pajjiż li kellu jorganizza t-Tazza tad-Dinja tal-2010.

Eventwalment kienet l-Afrika t’Isfel li ġiet magħżula biex torganizza l-edizzjoni. Fl-2011 Warner kien irriżenja minn kull attività relatata mal-futbol u lbieraħ ġie sospiż għall-għomru mill-FIFA stess wara li nstab ħati li kiseb il-kodiċi tal-etika għal aktar minn darba.