Lokali

L-AFM tgħin f’operazzjoni ta’ salvataġġ

Il-bastiment P61 tal-Forzi Armati ta’ Malta illum issejjaħ biex jagħti l-assistenza f’operazzjoni ta’ salvataġġ ta’ 230 migrant li kienu abbord bastiment tal-Forzi Armati Taljani. Dan hekk kif bħalissa l-bastiment Malti jinsab fi triqtu lejn l-Italja.

L-operazzjoni ta’ salvataġġ saret fir-reġjun ta’ tiftix u salvataġġ tal-Libja bħala parti mill-Operazzjoni Triton.

Kien aktar kmieni waranofsinhar meta l-bastiment P61 kien qed jagħmel ronda f’zona fin-nofsinhar ta’ Malta meta ġie msejjaħ biex jgħin fl-operazzjoni li kienet kordinata mill-Frontex. Il-mirganti kollha fuq il-bastiment huma rappurtati li jinsabu f’qagħda tajba ta’ saħħa.

Ritratt: Arkivji