Futbol Sport

Stam irid jerġa’ jaħdem fl-Ingilterra

L-eks difensur ta’ Man Utd Jaap Stam żvela li jixtieq jerġa’ jaħdem fl-Ingilterra, din id-darba bħala manager. Stam, li llum-il ġurnata hu kowċ tat-tim tar-reserves ta’ Ajax, għamel diversi snin jilgħab fil-Premiership ma’ Man Utd fejn fost diversi unuri rebaħ il-kampjonat tliet darbiet kif ukoll l-FA Cup u ċ-Champions League.

F’dawn l-aħħar jiem Stam, li anke lagħab fl-Italja ma’ Lazio u Milan, attenda sessjoni ta’ taħriġ ta’ Southampton li qegħdin taħt it-tmexxija tal-Olandiż Ronald Koeman u dan kompla jħajjru aktar biex jaħdem fl-Ingilterra.

Stam, li għandu 43 sena bħalissa qed jistudja biex jakkwista l-liċenzja tal-UEFA imma skont rapport fil-ġurnali Ingliżidiġa’ hemm żewġ klabbs lesti jtuh ċans jaħdem magħhom.

“Il-Premiership Ingliż hu l-aqwa kampjonat fid-dinja kemm għall-plejers u anke għall-kowċis għax ikunu qedgħdin f’ambjent fejn jitħallew jaħdmu mingħajr xkiel. La darba tiġini opportunità naħdem hawn se naħtafa mal-ewwel, anke jekk hu minnu li l-ewwel irrd nuri li jien kapaċi naħdem f’kampjonat ta’ dan il-kalibru,” qal Stam.