Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jiltaqa’ mal-istudenti waqt freshers’ week

Dalgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil żar Fresher’ Week fl-Universita’ ta’ Malta. Il-Kap tal-PN qed jiltaqa’ mal-istudenti u d-diversi għaqdiet li hemm fl-Universita’.
Freshers Week tkun organizzata ta’ kull sena mill-Kunsill Studenti Universitarji, bl-iskop li l-istudenti jintegraw aktar fil-ħajja Universitarja, filwaqt li jkunu jafu x’opportunitajiet ta’ xogħol jista’ jkollhom fil-futur relatati mal-istudji tagħhom.

B’kollox, din is-sena, se jibdew l-esperjenza tagħhom fl-Università ta’ Malta madwar 2,000 student u studenta.