Żewġ ħaddiema tal-Gozo Channel illum tressqu l-Qorti akkużati bi frodi ta’ biljetti.
Il-Ħaddiema dehru quddiem il-Maġistrat Paul Coppini u wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom. Huma ngħataw il-liberta’ proviżorja.
Iż-żewġ ħaddiema huma Raymond Borg u George Zammit.
Mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Pulizija, allegatament il-ħaddiema kienu qed jbiegħu biljetti riċiklati, iġifiri biljetti li kienu diġa nbiegħu.
Il-Pulizija jidher li għandha f’idejha filmati mis-CCTV li allegatament juru dak li kien qed jiġri.
//= $special ?>