Minkejja li għaddew 48 siegħa minn meta l-partit fl-Oppożizzjoni, għall-ewwel darba fl-istorja, ppreżenta Pre-Budget Document b’analiżi ekonomika u proposti pożittivi, r-reazzjoni tal-Gvern ta’ Joseph Muscat baqgħet l-istess: negattiva u konferma tal-ebusija ta’ ras ta’ Joseph Muscat. Ironikament, dan qed isir l-għada li tħabbar li pajjiżna waqa fit-48 post fil-World Economic Forum Global Competitiveness Report.
Fi stqarrija il-Partit Nazzjonalista f’isem il-Viċi Kap għall-Ħidma fil-Parlament saħaq li d-dokument ‘Sustainable Growth and Dignity for All’ jinkludi analiżi ekonomika ta’ pajjiżna, numru ta’ mistoqsijiet lill-Gvern kif ukoll proposti pożittivi għal diversi setturi tal-ekonomija ta’ pajjiżna. Minflok jidħol fid-dettall tal-proposti u jara kif jista’ jwettaqhom, il-Gvern qabad u rema’ kollox u ddeskrivihom bl-aktar mod negattiv.
Joseph Muscat qed jibqa’ jwebbes rasu u flok iraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma kif qed jgħidulu l-korpi kostitwiti, jsib kull tip ta’ skuża biex iħalli l-kontijiet għoljin. Issa, saħansitra wasal biex jgħajjar lill-korpi kostitwiti bħall-GRTU, l-Kamra tal-Kummerċ u l-MEA bħala “mhux kredibbli”.
Jekk hawn xi ħadd li qed iġiegħel lill-poplu Malti u Għawdxi jistħi huwa Joseph Muscat li taħtu, r-reputazzjoni ta’ pajjiżna qed tintrema fil-baħar b’rapporti bħal dak tal-bieraħ tal-visas lill-persuni fil-Korea ta’ Fuq, kif ukoll għall-iskandlu dejjem jikber ta’ korruzzjoni istituzzjonalizzata f’Identity Malta.
Il-poplu Malti u Għawdxi jixraqlu ferm aħjar.
//= $special ?>