Lokali

Il-Ministru tal-Finanzi jsostni li l-proposti tal-korpi kosittwiti m’humiex kredibbli

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna jiddikjara li l-proposti li qed jagħmlu diversi korpi kostitwiti biex il-gvern iraħħas it-tariffi tal-enerġija biex dan ikunu jirriflettu l-prezzijiet internazzjonali taż-żejt m’humiex kredibbli.
Din id-dikjarazzjoni l-Ministru tal-Finanzi għamilha f’konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ bl-iskop biex il-gvern iwieġeb għad-dokument ta’ qabel il-baġit li ppreżentat l-Oppożizzjoni.

Huma diversi l-korpi kostitwiti li qed jinsistu mal-gvern li t-tariffi għandhom jorsħu fosthom l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA), l-Assoċjazzjoni tan-Negozjanti Żgħar u Medji (GRT) u l-Kamra tal-Kummerċ. Ma’ din il-proposta qed taqbel ukoll l-Oppożizzjoni. Iżda għall-Ministru tal-Finanzi l-proposta mhix kredibbli. Il-Ministru tal-Finanzi qal li mhux possibbli li dawn i-tariffi jorħsu għaliex inkella tkun perikolata l-pożizzjoni tal-Enemalta, li qabel kienet fi stat li tfalli.

Tul il-konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru tal-Finanzi kkritika diversi setturi tad-dokument tal-PN iżda rrifera biss għat-tabelli u ċ-ċifri. L-ebda riferenza għall-proposti li fih id-dokument. Filwaqt li beda jirriferi biss għaċ-ċifri, il-Ministru tal-Finazi qal li dokument tal-PN hu kollu negattiv, mibni fuq il-fantasija, mimli qerq, redikolu, mimli żbalji, dilettant u jitlob li jkun irtirat. Il-Ministru tal-Finanzi qal li l-uffiċjali tal-ministeru u hu kellhom biss ftit ħin biex jaraw id-dokument tal-PN.

Fil-ħin tal-mistqosijiet, il-Ministru tal-Finanzi kien iffaċċjat b’diversi mistoqsijiet fosthom dwar il-prezz internazzjonali taż-żejt, l-eluf ta’ impjiieg li l-gvern daħħal mas-settur pubbliku.

Dwar l-eluf ta’ ħaddiema li l-Gvern daħħal fis-settur pubbliku, il-ġurnalisti staqsew lill-Ministru tal-Finanzi jispjega kemm se jiswew lill-pajjiż dawn il-ħaddiema. Il-Ministru tal-Finanzi għażel li jipprova jaħrab il-mistoqsijiet u baqa’ ma weġibx sakmem iddeċieda li ma jieħux mistoqsijiet iktar u daħal il-ġewwa. Iżda qabel daħal, il-Ministru tal-Finanzi qal li għalih id-dikjarazzjonijiet dwar kemm il-gvern daħħal nies miegħu u l-effetti li dawn se jkollhom fuq l-ekonomija huma fantasiji. Il-Ministru tal-Finanzi qal li għall-gvern, il-priojorità hi li qed jonqos l-iżbilanċ tal-gvern.

Dwar il-faqar li qed jiżdied fil-pajjiż, il-Ministru tal-Finanzi qal li l-gvrn hu sodisfatt li l-gvern qed jirnexxielu jikkontrolla l-faqar fil-pajjiż. Iċ-ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li bħalissa fil-pajjiż hawn 100,000 persuan f’riskju ta’ faqar u li fl-aħħar sentejn u nofs dawn komplew jiżdiedu.