Matul din il-ġimgħa, fl-Università ta’ Malta qed jsiru numru ta’ dibattiti, dwar suġġetti li jolqtu l-interess tal-istudenti u bis-sehem ukoll ta’ diversi politiċi.
Fir-raba’ gurnata tal-Freshers Week, l-Insite organizza dibattitu dwar it-Trasport Pubbliku. Għad-dibattitu kien mistieden il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi, li iżda baqa ma tfaċċax. L-organizzaturi xtaqu wkoll li jkun hemm rappreżentant tal-Gvern, iżda lanqas din it-talba ma ntlaqat għax qalulhom li kienu indisposti.
Minkejja li l-Ministru ma attendiex, id-dibattitu sar xorta u fih ħadu sehem ix-Shadow Minister għat-Trasport Marthese Portelli, il-Kelliem għall-AD Ralph Cassar u Julia Farrugia, il-President ta’ Friends for the Environment.
Fl-intervent tagħa, Julia Farrugia spjegat kemm hu importanti għall-istudenti li jkollhom servizz ta’ trasport pubbliku effiċjenti. Qalet li bħala studenti li pparteċipaw fid-dibattitu, kienu
//= $special ?>