Lokali

Ritratt : Sejba kbira tad-droga f’żewġ propjetajiet – raġel mistenni jitressaq il-Qorti

Wara ġimgħat ta’ investigazzjoni il-Pulizija għamlet sejba ta’ 11-il kilogramma ta’ droga (uħud mid-droga qed tidher fir-ritratt).

Jirriżulta li wara tfitxijiet li saru f’żewġ propjetajiet fil-Marsa u fiż-Żejtun, instabu tmien kilogrammi ta’ droga Kokaina u tliet kilogrammi Eroina.

Wara din is-sejba, il-Pulizija arrestat raġel ta’ 39 sena miż-Żejtun.

Fiż-żewġ postijiet instabu wkoll oġġetti relatati mat-traffikar tad-droga u ammont sostanzjali ta’ flus kontanti.

Bis-sejba ġie nfurmat il-maġistrat tal-Għassa u ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta.

Ir-raġel arrestat mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin.