Lokali

Blokok ta’ raża tal-kannabis jinstabu f’karozza

Matul il-lejl li għadda, fi Triq Ħal-Qormi l-Ħamrun instabet madwar kilogramma droga f’karozza. Id-droga, li hi raża tal-kannabis, instabet f’glove compartment tal-karozza mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

Is-sejba saret wara jiem t’osservazzjoni fuq raġel ta’ 26 sena minn Santa Venera. Id-droga instabet maqsuma fi tmien blokok. Ir-raġel mistenni jitressaq il-qorti llum.