Lokali

FILMAT U RITRATTI : Jintlemħu 9 ċikonji taħt l-Mdina

Xena mhux tas-soltu hekk kif iktar kmieni wara nofsinhar dehru disa’ ċikonji fiż-żona tar-Rabat u l-Mdina.

L-ornitoloġista Natalino Fenech, f’kummenti lil Net News, qal li dawn huma ċikonji li ġejjin minn proġett ta’ re-introdozzjoni mill-Iżvezja.

Iċ-ċikonji huma tajr rari f’Malta, iżda dan l-aħħar jidher li qed ikun hemm diversi li jintlemħu u mhux exkluż li apparti dawn id-disa’ ċikonji, jista’ jkun hemm ohrajn.

Filmat: Natalino Fenech / Ritratt : Natalino Fenech