Lokali

Il-PBS jgħid li t-traffiku kien imwaħħal minħabba ħabta fl-Imsida

Hekk kif dalgħodu s-sewwieqa kollha f’Malta spiċċaw imwaħħla fit-traffiku minħabba l-maltemp u x-xita li għamlet, skont il-website tal-aħbarijiet tal-istazzjon nazzjonali, it-traffiku kien ikkawżat minn ħabta fl-Imsida.

F’artiklu intitolat “ħabta bejn żewġ karozzi twaħħal it-traffiku fl-Imsida”, il-website tal-istazzjon nazzjonali rrappurtat li ħabta bejn żewġ vetturi fi Triq Clarence l-Imsida, kienet qed tostakola t-traffiku kollu li kien ġej mill-Imsida lejn Gwardamanġa.