Lokali

Il-periti jirbħu lill-avukati fil-ġlieda tradizzjonali bl-ilma

L-istudenti tal-arkitettura għal sena oħra rebħu l-ġlieda tradizzjonali bl-ilma li ssir kull sena fl-Universita’ ta’ Malta.

Il-ġlieda bl-ilma tkun organizzata bejn l-għaqda ELSA Malta u SACES, fejn l-istudenti tal-liġi u tal-arkitettura jiffaċċjaw lil xulxin għal ġlieda intensiva bl-ilma.

L-organizzaturi tal-attivita’ qalu li din is-sena żdied għan filantropiku mal-attivita’ hekk kif għall-ewwel darba saret donazzjoni. Id-donazzjoni saret lill-ALS Malta u ġiet preżentata lil Bjorn Formosa li waqqaf il-fondazzjoni ftit ġimgħat ilu.