Omm ta’ tifel li beda s-Sekondarja fl-Iskola Maria Reġina tan-Naxxar qed tallega li tifel beda jsawwat lil tfal oħra, jheddidhom li hu ma jibża’ minn ħadd u jwissihom li jekk jirrapurtawh kien se jġib lil missieru biex ipattihielhom.
L-omm, li tellgħet ritratt tal-ġrieħi u tbenġil li sofra binha, kompliet li t-tifel beda jattakka lil kull min sab quddiemu u saħansitra beda jgħajjat: “Jien ma’ nibża’ minn ħadd.”
//= $special ?>