Lokali

“Nofs it-tfal jieħdu tixriba jistennew it-trasport għall-iskola”

Eluf ta’ tfal u studenti ħadu tixriba dalgħodu huma u sejrin lejn l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi tagħhom.

Fuq Facebook, il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li jiddispjaċih għat-tfal li ħadu tixriba dalgħodu jistennew il-karozza għall-iskola.

Żied li nofs it-tfal kienu għadhom l-anqas waslu l-iskola meta saru d-9.30 ta’ filgħodu, filwaqt li temm jgħid li ma jistax ikun li l-pajjiż jieqaf minħabba l-effetti tax-xita fuq it-traffiku.

evarist facebook