Lokali

Therese Comodini Cachia iżżur l-MCAST

Ix-Shadow Minister għall-Edukazzjoni Therese Comodini Cachia illum żaret l-MCAST hekk kif anki hawnhekk, bdiet sena akkademika ġdida.

Hi ntlaqgħet miċ-Chairperson tal-Bord tal-MCAST Silvio Debono u daret diversi stands ta’ għaqdiet tal-istudenti fosthom l-għaqdiet politiċi SDM u Pulse.

Therese Comodini Cachia rat ukoll diversi proġetti innovattivi tal-istudenti fosthom fis-setturi tal-aerodinamika u piroteknika.

Hi offriet l-għajnuna tagħha bħala Ewroparlamentari fil-qasam tal-kreattivita’ u protezzjoni tad-data u ħegget lill-istudenti jirreġistraw il-patent tal-prodotti tagħhom sabiex id-drittijiet tagħhom jiġu salvagwardjati u ppremjati.

Hi awgurat lill-istudenti kollha sena ta’ ħidma u sodisfazzjon.