Sitwazzjoni kaotika fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta hekk kif numru ta’ titjiriet dalgħodu ttardjaw b’iktar minn siegħa wara li l-crew ta’ dawn it-titjiriet ittardjaw u ma waslux mminħabba t-traffiku.
Fost it-titjiriet kien hemm żewġ titjiriet tal-Air Malta; KM116 minn Malta lejn Gatwick li kellha titlaq fid-08:40 imma telqet minn Malta fid-09:30, u KM 612 lejn Fiumicino li suppost kellu jitlaq 08:35 imma sad-09:30 kien għadu Malta.
Dan wassal ukoll biex numru sostanzjali ta’ persuni tilfu wkoll conenction flights mill-ajruporti li suppost kellhom jaslu fihom fiwlaqt li 45 passiġġier li nqabdu fit-traffiku ma laħqux waslu għat-tijiriet tagħhom u baqgħu l-art.
Dawn id-dettalji iktar tard kienu kkonfermati wkoll minn kelliem għall-Air Malta waqt li persuni li kkuntattjaw lil dan is-sit spjegaw li raw turisti jinżlu mit-taxis u jimxu hekk kif kienu se jaslu tard għat-titjiriet tagħhom.
//= $special ?>