Minkejja li dalgħodu kien temp sabiħ, is-sewwieqa Maltin reġgħu esperjenzaw konġestjonijiet qawwija ta’ traffiku fit-toroq tagħna.
Persuni li tkellmu ma’ MaltaRightNow.com qalu li dalgħodu, is-sitwazzjoni kienet gravi daqs il-Ġimgħa li għadda, b’diversi persuni jgħidu li llum damu aktar minn sagħtejn fit-traffiku.
Waqt il-programm Newsfeed fuq NET Television, il-Ġimgħa li għadda l-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi qal li r-responsabbiltà kaotika li kien hemm fit-toroq il-Ġimgħa li għadda kellha tintrefa’ mis-sema għax, skont hu, il-kriżi seħħet minħabba x-xita.
Madankollu, u minkejja t-temp sabiħ ta’ dalgħodu, is-sitwazzjoni baqgħet l-istess u għalhekk diffiċli li xi ħadd iwaħħal din is-sitwazzjoni fuq xi ħalba xita!
//= $special ?>