Lokali

Il-permess għal ‘Paqpaqli għall-Istrina’ ma ħariġx mill-Pulizija

Il-permess għal Paqpaqli għall-Istrina ma ħariġx mill-Pulizija. Dan ġie kkonfermat mill-Ispettur Kenneth Haber, li waqt il-programm Newsfeed ikkonferma li għal din l-attivita’, il-permess ma joħroġx mill-Pulizija.

Il-programm Newsfeed kien qed jiddiskuti l-inċident f’Ħal Farruġ meta karozza tilfet il-kontroll waqt l-attivita’ ‘Paqpaqli għall-Istrina’ tal-Ħadd bil-konsegwenza li ndarbu 28 persuna. Dan wara li l-karozza tat-tip Porsche 918 Spyder marret għal fuq in-nies.

Waqt Newsfeed fuq Net Television, l-Ispettur qal li l-Pulizija kienu hemmek minħabba l-ordni pubblika, kif inhu d-dover tal-Pulizija f’attivitajiet kbar bħal Paqpaqli għall-Istrina. Madanakollu kkonferma li għal din l-attivita’, l-permess ma joħroġx mill-Pulizija.

L-irwol tal-Pulizija waqt l-attivita’ tal-Ħadd kien għall-bon ordni minħabba l-kwantita’ kbira ta’ nies preżenti u minħabba l-kontroll tat-traffiku.