“Mal-impatt rajt persuna għoliet sular u nofs” – kien dan kliem xhud li kien pass ‘il bogħod mill-inċident ikrah u li ra dak kollu li seħħ.
Ir-raġel iddeskriva dak li ra fil-mumenti li wasslu biex il-karozza tat-tip Porsche tilfet il-kontroll u spiċċat fuq in-nies.
Ir-raġel spjega kif hu kien wieħed mill-persuni li malli seħħ l-inċident, mar minnufih biex jagħti l-ewwel għajnuna u fost l-oħrajn kien involut f’ċaqlieq ta’ karozza bil-għan li jkun jista’ jinħeles raġel li nqabad bejn żewġ karozzi.
Ara l-filmat bil-kummenti ta’ dan ix-xhud.
//= $special ?>