Lokali

Ritratt juri l-President ta’ Malta fil-karozza ftit qabel seħħ l-inċident

Ritratt ippubblikat mid-Dipartiment tal-Informazzjoni juri l-mument li fih il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca rikbet fil-karozza Porsche ftit sigħat qabel seħħ l-inċident.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2 ta’ waranofsinhar, bil-President ta’ Malta li kienet diġa’ żaret l-attivita’ ‘Paqpaqli għall-Istrina’ ftit sigħat qabel.

Hekk kif seħħ l-inċident, il-President ta’ Malta reġgħet marret fuq il-post u aktar tard żaret ukoll lill-midruba fl-isptar Mater Dei.