Lokali

Tifla u ommha għadhom fil-periklu tal-mewt

It-tifla li kienet involut fl-inċident tal-Ħadd waqt l-attivita’ Paqpaqli għall-Istrina għadha fil-periklu tal-mewt. Għalkemm matul il-lejl qalbet għall-aħjar.

Dan kien ikkonfermat minn Chris Fearne, Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, f’konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid.

Fearne qal li għad hemm 4 persuni fl-ITU, inkluż omm din l-istess tifla. Persuna oħra minn dawn li jinsabu fl-ITU se tiġi operata aktar tard illum.

Fl-Isptar Mater Dei baqa’ 14-il pazjent li qed jingħataw il-kura.

Chris Fearne spjega li n-numru ta’ feruti kawża ta’ dan l-inċident tela’ għal 28. Dan għaliex kien hemm żewġ persuni oħra li marru għall-kura fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.