Lokali

Tkompli l-inkjesta: matul il-lejl titneħħa l-karozza

L-inkjesta Maġisterjali kompliet mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera, wara l-inċident li seħħ ilbieraħ f’Ħal Farruġ fejn matulu indarbu 26 persuna, uħud serjament.

Matul il-lejl li għadda tneħħiet il-karozza Porsche 918 Spyder minn Ħal Farruġ wara li kompliet l-inkjesta li għaliha nħatru diversi esperti.

Is-sid tal-karozza hu Paul Bailey, miljunarju Ingliż li hu s-sid ta’ numru kbir ta’ karozzi sportivi.

Ritratt: Roberto Runza