33 ħaddiem Malti jinsab f’riskju li jingħata s-sensja wara li l-kumpanija li tħaddimhom għaddejja fi proċess ta’ ristrutturar internazzjonali.
Il-ħaddiema milquta huma ta’ GFI Software, li toħloq programmi ta’ messaġġi u sigurtà u li qalet li qed tagħmel il-proċess ta’ ristrutturar biex tissimplifika n-negozju tagħha, filwaqt li tnaqqas l-ispejjeż u tkabbar l-operat internazzjonali tagħha.
Il-kumpanija qed tgħid li fl-eżerċizzju, 85 post tax-xogħol jistgħu jkunu f’riskju li jintemmu. Fost dawn hemm it-33 ħaddiem Malti, f’eżerċizzju li mistenni jieħu aktar minn tliet xhur biex jitnaqqas l-impatt fuq il-ħaddiema u anke l-produttività tal-kumpanija.
Filwaqt li rrikonoxxiet li dan ir-ristrutturar jista’ jkun diffiċli għal xi wħud, it-tmexxija ta’ GFI qalet li dan se jsaħħaħ il-kumpanija fit-tħaddim tal-istrateġija tagħha. Qalet li qed tippjana li ddaħħal fis-seħħ l-istrateġija ġdida matul is-sena d-dieħla.
//= $special ?>