Lokali

Filmat: “L-agħar sekondi ta’ ħajti”

Darren Scerri huwa wieħed mit-28 persuna li sfaw feruti fl-inċident tal-Ħadd li għadda waqt Paqpaqli. Kien fl-ajruport flimkien mat-tfajla tiegħu Arnita. Darren kienet wieħed minn tal-ewwel li ra lis-sewwieq Paul Bailey joħroġ mill-karozza b’rasu kollha dmijja. Madwaru, kaos sħiħ. Paniku. Mumenti li jiddeskrivijhom bħala l-agħar sekondi ta’ ħajtu.

It-tfajla ta’ Darren tispjega il-mument meta rat il-Porsche tiskidja fuq il-mitjar.

Issa li għadda kollox, Darren u Arnita jinsabu lura d-dar fejn se jkomplu bi ġranet ta’ mistriħ. Illum ghalihom kienet l-ewwel ġurnata li qamu mingħajr mediċina għall-uġiegħ. U kienet pjuttost iebsa. Pero kif spjegawlna, jidher li m’hemm xejn gravi.

Darren jgħid li huwa kuntent ferm li jinsab lura d-dar flimkien mat-tfajla tiegħu wara li għadda minn dik li iddeskriva bħala “ħolma kerha”.