Lokali

Filmat: Sena jistenna’ rampa

Għal iktar minn sena Gaetano Mangion ilu jitkarrab biex fuq iz-zuntier tal-knisja parrokkjali taż-Żejtun issir rampa biex ikun jista’ jtella’ lil martu, li ssofri minn diżabilta’ u jkollha tagħmel użu minn siġġu tar-roti.

Quddiem iz-zuntier saret kaxxa ta’ parkeġġ apposta għal persuni b’diżabilta’, madankollu biex jaċċessa l-Knisja, Gaetano jrid jimbutta lil martu bil-wheelchair tul il-pjazza kollha biex isib l-ewwel rampa u jerġa’ jimbotta lura lejn il-Knisja l-istess distanza li jkun għadu kif għamel.

S’issa din ir-rampa baqgħet ma saritx, u lanqas saret xi alternattiva bħal lift bl-awtoritajiet jgħidu lil Mangion li r-rampa jew ma tistax issir, inkella m’hemmx fondi biżżejjed.

Riċentament Gaetano saħansitra spiċċa mar il-Kurja fejn talab li ssir din ir-rampa, fejn inzerta wkoll lill-Arċisqof u kellu ċ-ċans jgħidlu bil-każ tiegħu, iżda s’issa baqa’ bla risposta.