Lokali

Il-ħaddiema tal-MPT wara l-UĦM

Ritratt: Arkivji

L-Avukat Ian Spiteri Bailey f’isem il-UĦM wieġeb l-ineżattezzi tal-ittra li ntbagħtet mill-Avukat
Paul Gonzi f’isem l-MPT. Dan wara li f’ittra li kienet indirizzata lill-kumpanija l-Avukat Spiteri
Bailey f’isem il-UĦM saħaq li din il-union bi dritt qed tressaq talba għal rikonoxximent li mhix
limitata biss għax-xufiera iżda hi talba ħolistika għall-ħaddiema kollha fl-MPT.

Fi stqarrija, Spiteri Bailey qal li l-MPT m’għandhiex tostakola li ssir ġustizzja mal-ħaddiema u li ssir votazzjoni ħalli jistabbilixxu min għandu l-maġġoranza tal-ħaddiema bħala membri fl-MPT.
Sadattant il-UĦM tirrifjuta li deċiżjoni li ttieħdet f’kawża ta’ rikonoxximent ta’ kategorija tiġi
meqjusa bħala talba ta’ rikonoxximent sħiħ.

Matul is-sena li għaddiet, kien hemm diversi votazzjonijiet f’ħafna kumpaniji. Għaldaqstant blistess
mod, il-UĦM qed tistenna li l-istess proċeduri li kienu applikati f’każijiet u f’postijiet taxxogħol
simili għandhom ikunu attwati bl-iskop li jagħtu vuċi lir-rieda tal-ħaddiema.

L-Avukat Spiteri Bailey fl-ittra li ntbagħtet lill-Avukat Paul Gonzi ikkundanna t-theddid li ħareġ
f’isem il-kumpanija fil-konfront tal-UĦM u stqarr li l-UĦM għandha drittijiet stabbilit mil-liġi u li
hi se teżerċita dawn id-drittijiet fl-interess tal-ħaddiema tal-MPT.

Il-UĦM twissi lill-kumpanija MPT li jekk tkompli tinnegozja ma’ union oħra, li ma tgawdix millappoġġ
tal-maġġoranza tal-ħaddiema, se tkun qed tistieden inkwiet industrijali mal-UĦM.

Fl-istess waqt qed tavża lill-GWU li mhux se taċċetta li l-ħaddiema jkunu avviċinati fi ftehim
kollettiv fittizju u li sar ta’ kaf kaf fl-aħħar ħinijiet sabiex jikkonvinċi temporanjament lill-
ħaddiema, iżda li mbagħad ma jsarraf għal ebda benefiċċju għall-ħaddiema tal-MPT.

Il-UĦM temmet l-istqarrija billi saqsiet, x’inhu l-interess tal-kumpanija tal-MPT li ma ssirx il-votazzjoni?