Lokali

Imfaħħra l-ħidma tal-infermieri

Il-Kunsill tal-MUMN irringrazzja lin-nurses kollha li ħadmu sabiex il-pazjenti u l-qraba li daħlu l-isptar Mater Dei u fiċ-Ċentri tas-Saħħa nhar il-Hadd, wara li sehh l-incident tal-karozza, ircevew il-kura li tistħoqilhom b’kordinament mill-aqwa bejn il-partijiet kollha.

L-MUMN fi stqarrija irrigrazzjat b’mod speċjali lill-infermieri li jaħdmu fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza, fil-Main Operating Theaters, fis-Swali Generali u fic-Centri tas-Sahha.

L-MUMN tixtieq ukoll turi solidarjeta shiha mall-familji tal-pazjenti involuti u tawgura lil-kundizzjoni ta’ sahhet dawk involuti tkompli taqleb ghall-ahjar.

Il-Kunsill ta’ l-MUMN jixtieq ukoll juri s-solidarjeta kollha tieghu mal-President ta’ Malta u jħeġġiġha sabiex tkompli għaddeja bil-ħidma fejjieda u shiha taghha favur il-pazjenti u l-morda.