Illejla fi Newsfeed, se nsegwu l-intervista ma’ koppja li sfaw feruti fl-inċident ikrah tal-Ħadd li għadda waqt Paqpaqli.
F’din l-intervista Darren Scerri, li kien mat-tfajla tiegħu Arnita, jispjega x-xena ta’ dmijja u biża’ li ra fuq il-mitjar eżatt malli l-karozza Porsche tilfet il-kontroll. Darren u Arnita sfaw feruti f’darhom u f’rashom.
Jirrakkuntaw kif raw lis-sewwieq joħroġ mill-karozza tiegħu, u semgħu lil Bailey jgħajjat “skużawi, skużawni” waqt li minn rasu beda ħiereġ ħafna demm.
L-INTERVISTA SĦIĦA ILLEJLA WAQT NEWSFEED FUQ NET HD.
//= $special ?>