Kmieni waranofsinhar, konna nfurmati li t-tifla ta’ 6 snin u l-omm ta’ 38 sena minn Ħaż-Żabbar, li nhar il-Ħadd weġġgħu waqt l-attivita’ Paqpaqli għall-Istrina, se joħorġu mill-ITU.
Fl-Isptar Mater Dei għad hemm għaxar persuni jingħataw kura għall-ġrieħi li ġarrbu fl-inċident waqt Paqpaqli għall-Istrina.
Tnejn minn dawn il-persuni għadhom qed jingħataw kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, filwaqt li l-omm u bintha ta’ sitt snin, li kienu fost il-vittmi ta’ dan l-inċident, se jinħarġu mill-ITU dalgħodu.
//= $special ?>