Lokali Parlament

123 riżenja mill-Korp tal-Pulizija matul din is-sena

…u ddaħħlu fil-Korp tlieta fl-età ta’ 58 sena u 13 li kienu boarded out

Matul din is-sena kien hemm 123 membru tal-Korp tal-Pulizija li rriżenjaw jew inkellha bdew il-proċess tar-riżenja.

Fost dawn hemm tliet Deputati Kummissarji, erba’ Assistenti Kummissarji u erba’ Supretendenti, seba’ Spetturi, għaxar Surġent-Maġġur tat-Tieni Klassi, 16-il Surġent, Surġent mara, 68 Kuntistabbli, disa’ Kuntistabbli mara, u Kuntistabbli ta’ Riżerva.

Il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, ta lista twila ta’ membri u uffiċjali għolja li ħallew il-Korp tal-Pulizija, meta fil-Parlament wieġeb mistoqsija parlamentari tax-Shadow Minister Jason Azzopardi.

Jirriżulta wkoll minn aktar tweġibiet li ta l-Ministru Abela lix-Shadow Minister Jason Azzopardi, li taħt dan il-Gvern minn Marzu tal-2013 s’issa, iddaħħlu lura fil-Korp tal-Pulizija tliet membri fl-età ta’ 58 sena jew aktar, u 13-il membru oħra li kienu boarded out fis-snin li għaddew li wkoll reġgħu ddaħħlu fil-Korp.